Skip to main content
Language: mt  | Contact Us | Search

Language: mt  | Contact Us | | Search

Dr Giovanni Felice

Condolences (15 Mar 1977)

Estratt mis-Seduta Parlamentari Nru 43 tar-Raba' Leġislatura  tas-16 ta' Marzu 1977

KONDOLJANZI

ONOR. DOM MINTOFF: (Prim Ministru, Ministru ta' l-Affarijiet tal-Commonwealth u Barranin, u Ministru ta' l-Intern): Mr Speaker, illum sirna nafu bil-mewt ta' l-Avukat Ġanni Felice. Ġanni Felice ġie elett l-ewwel darba f'dan il-Parlament fl-1953 u okkupa l-post b'abbilita' u bi bżulija ta' Ministru ta' l-Industrija, tad-Dwana u tal-Finanzi; għamel ukoll żmien konsiderevoli Acting Prime Minister. Aħna niftakru lil Ġanni Felice bħala persuna fabbli, dħulija, fina u intelliġenti fl-argumenti, persuna sensittiva ħafna u li tistmerr l-attakki baxxi personali. Kien politiku serju, b'argumenti sodi u karattru simpatiku li jiġbed lejh mhux biss il-Membri ta' madwaru ta' l-istess partit, imma anke Membri oħrajn tal-partit oppost.

Jien naħseb li kull wieħed minna hawnhekk - speċjalment jien li fid-debates u fl-affarijiet li kien iressaq huwa hawnhekk kelli l-pjaċir u l-unur li miegħu nieħu parti - iħoss sogħba li huwa telaqna u wkoll iħoss li Malta tilfet wieħed mill-ulied tagħha li kien iserviha mill-aħjar u bl-iktar mod abbli. Lit-tifel tiegħu li llum qiegħed Membru magħna, aħna nagħtu l-kondoljanzi u miegħu naqsmu s-sogħba u d-dulur tat-telfa.

ONOR. GIORGIO BORG OLIVIER: Sur President, bil-permess tas-Sinjorija Tiegħek u tal-Kamra jien ukoll nixtieq ngħid li waslitli b'dispjaċir mill-akbar in-notizja tal-mewt ta' ex-kollega tal-qalb, l-Avukat Ġanni Felice. Ħadt gost nisma' lill-Prim Ministru jieħu l-kliem kollu li jien kont lest biex ngħid u xtaqt ngħid għaliex kien verament persuna li tiġbed l-ammirazzjoni u s-simpatija ta' kull naħa tal-Kamra, u ta' - jaħsibha kif jaħsibha - il-Membru li kien jaħdem miegħu jew jaħdem fl-istess ambjent tiegħu.

Jien nista' żgur nassigura lill-Kamra u lill-pajjiż li kien kollega kapaċi, dedikat u onest u leali, li jagħti eżempju lil ħafna nies li fil-politika jaraw biss il-mod kif jasal il-ġid tan-nazzjon. U nħossni li nista' ngħidu bl-ikbar liberta' li Ġanni Felice, bniedem ta' kelma waħda, imma ta' kelma soda u ta' kelma onesta, kien għamel dak kollu li seta', bl-abbilta' li kellu u bil-mod tiegħu prudenti u mod li jiġbed l-ammirazzjoni tan-nies, għamel dak kollu għall-ġid tal-pajjiż, u baqa' sa l-aħħar jinteressa ruħu fil-ġid tal-pajjiż. Jien ukoll nixtieq li f'ismi u f'isem din in-naħa kollha tal-Kamra nassoċja ruħi mal-Prim Ministru meta nitlob lis-Sinjorija Tiegħek, bħas-soltu, tagħti l-kondoljanzi lit-tifel tiegħu li huwa wieħed mill-kollegi tagħna hawnhekk fil-Kamra u lill-familja Felice.

MR SPEAKER: Jien ċertament nassoċja ruħi mal-fehmiet espressi kemm mill-Prim Ministru kif ukoll mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni għat-telfa ta' l-ex kollega tagħna Ġanni Felice u nesprimi wkoll id-dispjaċir tiegħi meta smajt bl-aħbar kerha tal-mewt tiegħu. Għal ħafna snin niftakar lil Dr Felice, Membru ta' din il-Kamra u Ministru hawnhekk, u naf li l-imġieba tiegħu f'din il-Kamra kienet verament eżemplari, kien jidher li huwa bniedem leali u amikevoli u żgur li ma ġġieled qatt ma' ħadd.

Jien ċertament nitlob lill-Iskrivan tal-Kamra biex iwassal, f'ismi u f'isem il-Membri kollha ta' dan il-Parlament, il-kondoljanzi tagħna lil seħibna Dr Mario Felice u lill-familjari kollha.

Electoral History

First Legislature (1962 - 1966)
Link to Member's page in legislature
Elected on: 18.02.1962
Oath of Allegiance: 26.04.1962
Dissolution of Parliament: 15.02.1966
Positions
Sworn in as Minister of Industrial Development and Tourism - 05.03.1962
Dissolution of Parliament: 15.02.1966
Second Legislature (1966 - 1971)
Link to Member's page in legislature
Elected on: 31.03.1966
Oath of Allegiance: 25.04.1971
Dissolution of Parliament: 24.04.1971
Positions
Sworn in as Minister of Finance, Customs and Ports
Dissolution of Parliament: 24.04.1971