Estratt mis-Seduta Nru. 92 tal-Ħames Parlament tat-Tnejn, 28 ta' Marzu, 1983
KONDOLJANZI
MR SPEAKER (Onor. Daniel Micallef): Kondoljanzi. Il-Ministru Cassar.
ONOR. JOSEPH CASSAR (Ministru tal-Ġustizzja u Affarijiet tal-Parlament): Mr Speaker, nixtieq ngħarraf lill-Kamra li nhar l-Erbgħa tal-ġimgħa l-oħra miet l-Avukat Giorgio de Giorgio fl-eta' ta' 59 sena.
L-Avukat de Giorgio li twieled ir-Rabat, Malta, kien Deputat ta' dan il-Parlament, dejjem mal-Partit Nazzjonalista, bejn l-1950 u l-1953 u f'dak il-perijodu ta' tliet snin - għax hu spiċċa fl-1953 - kien ukoll Deputy Speaker ta' din il-Kamra.
L-Avukat de Giorgio ħalla warajh lil martu Gloria u lit-tliet uliedu, Angelica, Miguel u Luana.
Nixtieq, Mr Speaker, li f'isem il-Membri ta' dan il-Parlament, is-Sinjorija Tiegħek tibgħat il-kondoljanzi tagħna lill-familja tiegħu għat-telfa kbira li sofrew il-ġimgħa l-oħra.
MR SPEAKER: Is-Sedja tassoċja ruħha ma' dawn is-sentimenti ta' kondoljanzi u titlob lill-Iskrivan tal-Kamra jibgħat dawn il-kondoljanzi lill-familja de Giorgio.