Date 11.03.2020
L-Ispeaker Anġlu Farrugia ta l-ġurament ta’ lealtà bħala Membru tal-Parlament lis-Sur Ivan Bartolo li ġie elett mid-9 Distrett Elettorali biex jimtela l-post li tbattal minn Marthese Portelli u lis-Sur David Thake li ġie elett mit-12 il-Distrett Elettorali biex jimtela l-post li tbattal minn Simon Busuttil.