| Contact Us |
| Search
Date 26.07.2017
L-Ispeaker Anġlu Farrugia, f’ismu u f’isem il-Membri Parlamentari kollha, jifraħ lill- Membru Parlamentari Ivan Bartolo għall-ġest nobbli u altruista li ddeċieda li jagħmel bid-donazzjoni ta’ kilwa.
Filwaqt li jawguralu li l-intervent mediku jkun suċċess, l-Ispeaker Farrugia jixtieqlu fejqan u konvalexxenza ta’ malajr u kompleta li tippermettilu li jkompli jaqdi d-doveri tiegħu fil-Kamra tad-Deputati hekk kif il-Parlament jerġa’ jibda jiltaqa’ wara l-ferjat tas-Sajf.