| Contact Us |
| Search
Date 05.05.2017
Fid-diskors tiegħu lill-istudenti ta’ Giovanni Curmi Higher Secondary School, tan-Naxxar, l-Ispeaker Anġlu Farrugia tenna li kull wieħed jista’ jagħti l-kontribut fit-titjib tas-soċjetà billi jaqsam l-opinjoni tiegħu jew tagħha ma’ ħaddieħor. Dan jista’ jsir fi grupp fejn l-opinjonijiet u l-ideat ikunu milqugħa, diskussi aktar u kkunsidrati fid-dettal.
L-Ispeaker iqis li l-libertà tal-espressjoni u l-assocċjazzjoni huma, fost oħrajn, drittijiet u libertajiet fundamentali sabiex kull bniedem jgħix f’dinjità. Hu jisħaq dwar l-importanza li l-parteċipazzjoni politika trid issir f’qafas ta’ demokrazija, u li kull diskussjoni tkun imsejsa fuq fatti li għandhom jgħinuna nagħrfu l-preżent sabiex nibnu l-ġejjieni tagħna u ta’ pajjiżna.
B’riferenza għall-aġenda tas-seduta straordinarja, l-Ispeaker tenna l-fehma tiegħu sabiex ilkoll kemm aħna nagħtu l-kontribut tagħna sabiex is-soċjetà tagħna tkun waħda inklużiva, li nħarsu l-ambjent naturali u marittimu, u li nħarsu wkoll il-wirt storiku u kulturali ta’ Malta.
