Skip to main content
Language: mt  | Contact Us | Search

Language: mt  | Contact Us | | Search

PR170709 - Press Conference on the Interparliamentary Meeting of Chairpersons of Social Affairs Committees – 22.03.17

Date 22.03.2017

L-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, Anġlu Farrugia, sejjaħ konferenza tal-aħbarijiet b’rabta mat-tnedija tal-Laqgħa tal-Presidenti tal-Kumitati tal-Affarijiet Soċjali li ser titella’ nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Marzu. L-Ispeaker qal illi l-fatt li l-Parlament Malti se jkun qed jospita din il-konferenza, ifisser sinjal ta’ impenn mill-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż fir-rigward ta’ kwistjonijiet soċjali li l-Kumitati Parlamentari għall-Affarijiet Soċjali jiltaqgħu magħhom u għaldaqstant huwa d-dover tarrappreżentati taċ-ċittadini Ewropej li jħarsu l-ġid tagħhom. Huwa kien akkumpanjat mill-President tal-Kumitat Parlamentari Malti għall-Affarijiet Soċjali, Anthony Agius Decelis, u l-membru tal-Kumitat Parlamentari għan-nom tal-Oppożizzjoni, Paula Mifsud Bonnici


thumbnail

(I)  (II)  (III)