Skip to main content
Language: mt  | Contact Us | Search

Language: mt  | Contact Us | | Search

PR170564 - The Speaker receives a petition to amend Article 225(2) of the Criminal Code – 08.03.17

Date 08.03.2017

Il-Membri Parlamentari qalu li l-petizzjoni kienet ġiet iffirmata minn 27,019 ċittadin Malti u li kienet qed titlob sabiex il-minimu tal-piena msemmija fl-artikolu 225(2) tal-Kodiċi Kriminali ta’ ħames snin priġunerija titnaqqas sabiex il-Qrati ta’ Malta jkunu jistgħu jimponu piena aktar umana, ekwa u ġusta skont il-mertu tal-każ li jkunu qegħdin jittrattaw. 
Bi tweġiba għall-interventi tal-Membri Parlamentari Luciano Busuttil u Antoine Borg, l-Ispeaker qal li din il-petizzjoni issa se tkun qed tgħaddi mill-proċeduri elenkati fit-taqsima relattiva tal-Ordinijiet Permanenti tal-Kamra tad-Deputati li ġew emendati riċentement bis-saħħa tar-Riżoluzzjoni 382 tal-2016.  Żied jgħid li bis-saħħa ta’ dawn il-proċeduri din il-petizzjoni se tkun qed tiġi riferuta lill-Kumitat Permanenti dwar il-Petizzjonijiet li l-membri tiegħu inħatru fis-7 ta’ Novembru 2016, sabiex dawn jikkunsidraw u jiddeċiedu dwar l-aħjar mod kif il-punti mqajjma fl-istess petizzjoni jistgħu jiġu indirizzati.  
Biex jagħmel dan, il-Kumitat għandu s-setgħa li jiddeċiedi jekk il-petizzjoni għandhiex tiġi riferuta lil xi Kumitat Permanenti jew Magħżul tal-Kamra, jew jekk ikunx aktar idoneu li ssir diskussjoni fil-Kamra kollha. Ikun possibbli wkoll li petizzjoni tiġi riferuta lil xi Ministeru, Dipartiment jew Awtorità. 

thumbnail

(I)  (II)  (III) 

Press Release