Skip to main content
Language: mt  | Contact Us | Search

Language: mt  | Contact Us | | Search

PR2036 - STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER

Date 25.09.2013

Solidarjetà mal-familjari tal-vittmi u l-poplu tal-Pakistan

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, l-Onorevoli Anġlu Farrugia, jesprimi s-solidarjetà mal-Poplu tal-Pakistan, partikolarment mal-familjari li sofrew it-telfa tal-qraba tagħhom fid-distrett ta’ Awaran, f’Baluchistan, liema distrett ġie milqut minn terremot fejn ġie rappurtat li aktar minn 210 sfaw mejta u aktar minn 300 midruba.