Skip to main content
Language: mt  | Contact Us | Search

Language: mt  | Contact Us | | Search

PR1774 - L-ISPEAKER L-ONOREVOLI ANĠLU FARRUGIA JIRĊIEVI ŻJARA TA’ KORTESIJA MINN FR. ANTHONY ZAMMIT, MISSJUNARJU MALTI F’SANTA ROŻA, IL-PERU

Date 26.08.2013

Dalgħodu l-Ispeaker, l-Onorevoli Anġlu Farrugia, irċieva żjara ta’ kortesija minn Fr. Anthony Zammit, missjunarju Malti f’Santa Roża, il-Peru.

Matul il-laqgħa ġew diskussi proġetti li Fr. Anthony Zammit qed jaħdem fuqhom ġewwa Santa Roża fil-Peru, fosthom High School u Respite Centre għal nies bi bżonnijiet speċjali.

L-Ispeaker irikonoxxa x-xogħol tal-missjunarji Maltin li jinsabu barra min xtutna u rringrazzja lil Fr. Zammit tax-xogħol nobbli li qed iwettaq u wiegħed kull għajnuna li l-Parlament Malti jista’ jagħti għal dan ix-xogħol missjunarju.


thumbnail