| Contact Us |
| Search
Date 19.08.2013
L-iSpeaker, l-Onorevoli Anġlu Farrugia f’laqgħa li kellu fuq stedina uffiċjali mis-Sindku Carlo Scibetta – Sindku ta' Palazzolo Acreide, saħaq li huwa jrid li r-relazzjonijiet tal-Parlament Malti titjieb ukoll b’mod reġjonali ma’ Sqallija u dan inpartikolari biex jissaħħu r-rabtiet bejn iż-żewġt gżejjer li b’mod tradizzjonali, dejjem kien hemm djalogu kontinwu li jaffettwa l-poplu Malti u dak Sqalli.
Tul din iż-żjara, l-iSpeaker Anġlu Farrugia ltaqa wkoll mal-Kamra tal-Kummerċ fejn ġew diskussi proġetti fil-qasam tat-turiżmu u l-produzzjoni.
Din iż-żjara hija t-tieni waħda konsekuttiva wara l-istedina uffiċjali mill-President tal-provinċja ta’ Enna li nżammet f'Ġunju 2013.
Għall-laqgħa kien hemm preżenti ġurnalisti, fejn l-iSpeaker ġie ntervistat fuq żewġt stazzjonijiet tat-televiżjoni reġjonali.
