| Contact Us |
| Search
Date 22.07.2013
Wara żjara ta’ kortesija mill-Ambaxxatur Ġermaniż l-Eċċelenza Tiegħu Klaus Peter Brandes lill-iSpeaker tal-Parlament ta’ Malta, l-Onorevoli Anglu Farrugia stieden l-istess Ambaxxatur sabiex flimkien miegħu, jindirizzaw 14-il rekluta ta’ korpi tal-pulizija Ġermaniża li kienu fuq żjara ta’ informazzjoni fil-bini tal-Parlament ta’ Malta.
Din iż-żjara kienet tagħmel parti minn internship programme organizzat mill-Korp tal-Pulizija Maltija għal 10 rekluti mill-Polizeiprasidium Gelsenkirchen u erba’ rekluti mill-Fachbereich Polizei.
