Skip to main content
Language: mt  | Contact Us | Search

Language: mt  | Contact Us | | Search

PR1462 - L-ONOREVOLI ANĠLU FARRUGIA, SPEAKER TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI JIRĊIEVI ŻJARA TA’ KORTESIJA MIS-SUR MARTIN BUGELLI, KAP TAR-RAPPREŻENTANZA TAL-KUMMISSJONI EWROPEA F’MALTA.

Date 09.07.2013

L-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati, l-Onorevoli Anglu Farrugia, kellu żjara ta' kortesija mis-Sur Martin Bugelli, Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta. Wara, it-tnejn kellhom laqgħa oħra li għaliha attendew il-Whips taż-żewġ naħat tal-Kamra, l-Onorevoli Carmelo Abela u l-Onorevoli David Agius.

Matul din il-laqgħa s-Sur Bugelli stieden lill-iSpeaker biex imexxi delegazzjoni ta’ 20 persuna fuq żjara fi Brussell organizzata mir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f'Malta. L-iSpeaker laqa' din l-istedina b'apprezzament. Id-delegazzjoni se tkun komposta minn Membri Parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra kif ukoll minn membri tal-istaff tal-Parlament ta’ Malta. L-għan ta’ din iż-żjara huwa li l-membri tad-delegazzjoni jkollhom l-opportunità li jsiru jafu aktar dwar l-istituzzjonijiet ewlenin tal-UE.


thumbnail

(I)  (II)