| Contact Us |
| Search
| Download the Document | |
| Published on | 23 June 1978 |
L-Għan ta' dan l-Abbozz huwa li jemenda l-Att tal-1956 dwar is-Sigurtà Nazzjonali, sabiex -
(i) jeżenta lill-persuni kollha 'l fuq mill-età ta' ħamsa u sittin sena milli jħallsu l-kontribuzzjonijiet;
(ii) jeżenta persuni bejn l-età ta' pensjoni u l-ħamsa u sittin sena milli jħallsu kontribuzzjonijiet jekk ma jkunux jaħdmu bi qliegħ u, jekk ikunu jaħdmu bi qliegħ, meta l-qliegħ tagħhom ikun taħt certu limitu;
(iii) jikkonferma li persuni 'l fuq mill-eta ta' ħamsa u sittin sena ma jkunux skwalifikati milli jirċievu pensjoni minkejja li jkollhom fil-pussess
tagħhom liċenza biex jikkummerċjaw:
(iv) iżid l-ammont li persuna li tkun qed tirċievi pensjoni tista' taqla' mingħajr ma titlef il-pensjoni tagħha;
(v) titneħħa d-distinzjoni bejn raġel u mara meta wieħed minnhom ikollu liċenza biex jikkummerċja;
(vi) jipprovdi li persuna iżżomm id-dritt tagħha għal pensjoni jekk tittrasferixxi liċenza biex tikkummerċja lil persuna oħra li ma tkunx tgħix magħha bħala familja waħda;
(vii) jipprovdi għal emendi żgħar u konsegwenzjali.