| Contact Us |
| Search
| Download the Document | |
| Published on | 18 April 1978 |
L-Għan ewlieni ta' dan l-Abbozz huwa li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili sabiex jipprovdi pieni ogħla u disposizzjonijiet iktar iebsa dwar disprezz tal-qorti. F'dan ir-rigward, l-Abbozz qed jemenda wkoll l-Att tal-1974 dwar l-Istampa.
L-Abbozz fih ukoll emenda għall-imsemmi Kodiċi sabiex Imħallfin u Maġistrati jkunu jistgħu ma jaqrawx f'qorti bil-miftuh il-kontenut ta' xi kumnikazzjoni riċevuta minnhom u li jkun fih kliem inġurjuż u offensiv. Fl-aħħarnett l-Abbozz fih ukoll xi emendi żgħar oħra għall-imsemmi Kodiċi.