| Contact Us |
| Search
| Download the Document | |
| Published on | 28 March 1978 |
Il-Għan ta' dan l-Abbozz huwa:
(i) li jdaħħal ir-riformi soċjali mħabbra fil-Budget għas-sena finanzjarja 1978 /79 dwar pensjonijiet, benefiċċju għal disimpieg, klassijiet ta' kontribuzzjonijiet (magħduda rata aktar baxxa għal certi kategoriji ta' nies li jimpjegaw lilhom innifishom), il-mod kif jitħallsu l-kontribuzzjonijiet, dwar kif issir il-prova tal-mezzi biex tingħata eżenzjoni mill-ħlas ta' kontribuzzjonijiet tat-tieni klassi, u dwar l-introduzzjoni tal-pensjoni minima nazzjonali;
(ii) li jiżdiedu r-rati ta' kontribuzzjonijiet u ta' benefiċċji;
(iii) li l-kondizzjonijiet għall-ħlas ta' pensjoni skont l-eta tan-nisa u tal-irgiel ikunu xorta;
(iv) li persuni li jkollhom liċenza biex jikkummerċjaw jitqiesu bħala li jaħdmu bi qliegħ;
(v) li jipprovdi sabiex il-flus kollha dovuti bħala kontribuzzjonijiet jew xort'oħra jitħallsu lit-Teżor sabiex minnhom jitħallsu l-benefiċċji u sabiex isiru l-kontijiet ta' dawk il-flus u l-benefiċċji u sabiex jiġi provdut li jsiru avvanzi mill-Fond Konsolidat jew, mill-Kont ta' Ħelsien tat-Teżorerija;
(vi) li jżid il-pieni li jistgħu jingħataw mill-Qorti jew mid-Direttur tasServizzi Soċjali;
(vii) li ċerti mpiegi li qabel kienu eċċettwati issa ma jibqgħux hekk; u
(viii) li jipprovdi għal ċerti emendi żgħar u konsegwenzjali.