Notification Details

Notte Bianca 2017
 

NOTTE BIANCA 2017

IL-PUBBLIKU MISTIEDEN IŻUR IL-PARLAMENT TA’ MALTA

 

Tul il-lejl ta’ Notte Bianca 2017, li ser issir nhar is-Sibt, 7 ta’ Ottubru 2017, il-pubbliku ser ikun jista’ jżur il-Kamra tad-Deputati, Parlament ta’ Malta bejn is-sitta ta’ wara nofsinhar u nofsillejl.  Uffiċjali tal-Parlament se jkunu qed jilqgħu lill-pubbliku sabiex  jagħtuhom tagħrif dwar l-għanijiet ta’ din l-ogħla istituzzjoni ta’ Malta, il-proċedura parlamentari, ix-xogħol tal-kumitati , u xogħol ieħor li jsir fil -Parlament.

Science in the House

Il-pubbliku se jkollu wkoll l-opportunità li jżur il-Wirja Science in the House li tifforma parti minn attività annwali msejħa Science Week in the City mtellgħa mid-Dipartiment tax-Xjenza tal-Università ta’ Malta, flimkien mal-European Researchers’ Night Consortium. Din il-wirja turi x-xogħlijiet ta’ riċerka li qed isiru fl-Università fix-xjenza, b’mod partikolari fl-oqsma tal-mediċina u s-saħħa pubblika, il-ħarsien tal-ambjent, l-informatika (ICT), l-inġinerija, studji soċjali, u oqsma oħra tal-ħajja.

 

Il-membri tal-pubbliku li jixtiequ jżuru l-Parlament huma mfakkra biex iġibu magħhom il-Karta tal-Identità jew dokument uffiċjali ieħor ta’ identità. It-tfal għandhom ikunu akkumpanjati mill-ġenituri tagħhom.

 

 
Back to News